Lamantin
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Lamantin |
||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
Il-Lamantini (familja Trichechidae, ġeneru Trichechus) huma mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma magħrufa wkoll bħala baqar tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-karibew li tfisser "sider" ta' mara.
Il-familja tal-lamantini (Trichechidae), hija differenti mill-familja tad-dugongi (Dugongidae), fil-morfoloġija tar-ras u l-forma tad-denb. Id-dugongi għandhom denbhom f'forma ta' furkun maqsum f'2 partijiet, simili ħafna għal dak tal-baleni u d-dniefel waqt li tal-lamantini għandu l-forma tonda ta' moqdief jew pala. Dawn huma mammiferi erbivori kbar li jiżnu bejn 350kg u 1000kg, li jqattgħu nofs il-ġurnata reqdin fl-ilma u jitilgħu fil-wiċċ biex jieħdu in-nifs kull ftit inqas minn 20 minuta u l-biċċa l-kbira tal-bqija tal-ħin jirgħu fl-ilma baxx.
Werrej |
[editja] Distribuzzjoni
Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) mifrux mal-kosta u x-xmajjar fil-golf tal-Messiku, il-Lamantin Amazoniku (Trichechus inunguis) kif jgħid l-isem mifrux fix-xmajjar tal-Amazonja u l-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) mifrux mal-kosta u x-xmajjar tal-pajjiżi fil-Punent ta' l-Afrika.
[editja] Dieta
Il-lamantini huma mammiferi erbivori li jieklu il-fuq minn 60 speċi ta' algi, pjanti u veġetazjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 8% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazjoni kull jum. Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) magħruf ukoll li ġieli kiel xi ħut mix-xbieki tas-sajd.
[editja] Klassifikazzjoni
[editja] Referenzi
- Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 93. ISBN 0-801-88221-4.
[editja] Links
- Bagheera An educational website of Earth's endangered animals
- http://www.geocities.com/philgarringer/St_Lawrence_manatee.html A website dedicated to protecting the Northern Manatee
- http://cars.er.usgs.gov/pics/manatee/manatee.html USGS gallery on manatees, also depicting habitats close to power plants