Lamantin tal-Karibew
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Lamantin tal-Karibew |
||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Lamantin ta' Florida Trichechus manatus latirostris
|
||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
Trichechus manatus |
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
Il-Lamantin tal-Karibew huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara. Dan il-lamantin huwa l-aktar speċi li ġiet studjata fost it-3 li jeżistu.
Il-lamantin tal-Karibew għandu ġilda griża fil-kannella ċar u bħala kobor huwa l-akbar fost it-3 speċi ta' lamantini, twil minn 3.5 metri sa 4.6 metri u jiżen bejn 500kg sa aktar minn 1500kg. Dan il-lamantin minn barra huwa simili ħafna tal-lamantin Afrikan, wieħed mill-ftit fatturi li jista' jgħin fl-identifikazzjoni, apparti ovvjament il-lokalità, huwa d-daqs, għax normalment il-lamantin tal-Karibew jiżen 'il fuq mid-doppju u jidher ħafna eħxen minn dak Afrikan.
Hemm 2 sottospeċi ta' lamantini tal-Karibew dik ta' Florida T.manatus latirostris u dik tal-Antilli T.manatus manatus u minn barra jidhru totalment identiċi.
Werrej |
[editja] Dieta
Il-Lamantin tal-Karibew huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol madwar 10% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.
[editja] Distribuzzjoni
Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa mifrux mal-kosta, xmajjar u ibħra fil-Karibew fil-pajjiżi bħal Baħamas, Beliże, Brażil, Ġamajka, Gujana, Gujana Franċiża, Gwatemala, Ħajiti, Ħonduras, Kolombja, Kosta Rika, Kuba, Messiku, Nikaragwa, Panama, Stati Uniti, Surinam, Trinidad u Tobago u Venezuela.
[editja] Riproduzzjoni
Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 12-il xagħar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla' għall-ewwel nifs waħdu mingħajr l-ebda għajnuna min naħa tal-omm. Dan jibqa' dipendenti fuq l-omm għal madwar sentejn, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snien, rata ta' riproduzzjoni baxxa. Il-maturità sesswali fin-nisa tista' tintlaħaq fl-eta żgħira ta' bejn 3 u 4 snin waqt li fl-irġiel tintlaħaq bejn 9 u 10 snin. Il-lamantin tal-Karibew jista' jgħix bejn wieħed u ieħor sa 60 sena.
[editja] Klassifikazzjoni
- Ordni Sirenia
- Familja Trichechidae
- Ġeneru Trichechus
- Speċi
- Lamantin tal-Karibew, Trichechus manatus
- Sottospeċi
- Lamantin ta' Florida, Trichechus manatus latirostris
- Lamantin tal-Antilli, Trichechus manatus manatus
- Ġeneru Trichechus
- Familja Trichechidae
[editja] Referenzi
- Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 93. ISBN 0-801-88221-4.
[editja] Links
- Bagheera An educational website of Earth's endangered animals
- http://www.geocities.com/philgarringer/St_Lawrence_manatee.html A website dedicated to protecting the Northern Manatee
- http://cars.er.usgs.gov/pics/manatee/manatee.html USGS gallery on manatees, also depicting habitats close to power plants