Liepru ta' Granada
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Liepru ta' Granada |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Liepru ta' Granada Lepus granatensis
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Lepus granatensis (Rosenhauser, 1856) |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Il-Liepru ta' Granada jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus granatensis huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nativ tal-kotinent ta' l-Ewropa.
Dan il-liepru huwa speċi komuni mifruxa sew ma' arja vasta fil-penisula Iberika u rari jekk mhux estinta fuq il-gżira ta' Majorka ("Mallorca").
Din l-ispeċi kienet ikkunsidrata għal żmien twil bħala sottospeċi tal-Liepru Ewropew Lepus europaeus u anke bħala sottospeċi tal-Liepru ta' Kap Lepus capensis. Il-Liepru ta' Granada huwa l-iżgħar speċi ta' liepru li hemm fil-penisula Iberika, b' tul massimu ta' 45 ċentimetru, b' 10 ċentimetri oħra f' denb u b' piż li jvarja bejn 2 u 2.5 kilogrammi.
[editja] Klassifikazjoni
Dan il-liepru wara ħafna riklassifikazjonijiet bħala sottospeċi ġie klassifikat bħala speċi separata, 1 minn 10 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u maqsuma minn ta' linqas f' 3 sottospeċi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liepru ta' Granada Lepus granatensis
- Sottospeċi
- Liepru Galliku, Lepus granatensis gallaecius (Miller, 1907)
- Liepru Kastellan, Lepus granatensis granatensis (Rosenhauser, 1856)
- Liepru Majorkin, Lepus granatensis solisi (Palacios & Fernández, 1992)
- Liepru ta' Granada Lepus granatensis
- Sottoġeneru Eulagos
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
[editja] Sinonimi
"Lepus europaeus granatensis" u "Lepus capensis granatensis" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Lepus granatensis ta' Rosenhauser, 1856.
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.