Dasycercus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dasycercus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament il-Mulgari (speċi minnhom tissejaħ u magħrufha ħafna ukoll bl-isem ta' Ampurta) tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Dasycercus jiġbor bejn 2 u 3 speċi ħajjin (għalkemm qabel kien hemm aktar speċi li l-llum il-ġurnata qedgħin klassifikati f' ġeneri oħra) u dan jiddependi fuq liema klassifikazjoni jew kummisjoni wieħed jimxi. Hawnhekk qegħdin imniżżlin it- 3 speċi li huma.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Mulgara, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Dasycercus
- Ġeneru Dasycercus (Peters,1875)
- Mulgara ta' denbu xkupilja, Dasycercus blythi (Waite, 1904)
- Mulgara ta' denbu bl-għalla, Dasycercus cristicauda (Krefft,1867)
- Mulgara ta' Hillier jew Ampurta, Dasycercus hillieri (Thomas,1905)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.