Pseudantechinus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Pseudantechinus huwa ġeneru ta' mammiferi, parti mil-grupp tal-marsupjali karnivori, eżattament l-Anteċini l-foloz (għalkemm 1 mill-ispeċi xi kultant tissejjaħ bl-isem ta' Dibbler tat-Tramuntana peress li fil-passat kienet tagħmel parti mil-ġeneru Parantechinus), tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex u Sarcophilus.
Il-ġeneru Pseudantechinus it-tieni l-aktar ta' suċċess fost il-ġeneri fit-tribù Dasyurini (fl-ewwel post hemm il-ġeneru Dasyurus b' 7 speċi) u jiġbor fiħ 6 speċi, kollha ħajjin. Id-Dibbler tat-Tramuntana Pseudantechinus bilarni, li l-llum il-ġurnata sar jissejaħ aktar bl-isem ta' Anteċinu falz tat-Tramuntana, snin ilu kien klassifikat fil-ġeneru Parantechinus, sakemm studji ġenetiċi urew li dan l-ispeċi huwa aktar relatat fil-qrib ma' l-Anteċini foloz u b' hekk ġie riklassifikat fil-ġeneru Pseudantechinus.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Anteċinu falz, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Pseudantechinus
- Ġeneru Pseudantechinus (Tate,1947)
- Anteċinu falz tat-Tramuntana jew Dibbler tat-Tramuntana, Pseudantechinus bilarni (Johnson,1954)
- Anteċinu falz ta' denbu oħxon, Pseudantechinus macdonnellensis (Spencer,1895)
- Anteċinu falz ta' Alexandria, Pseudantechinus mimulus (Thomas,1906)
- Anteċinu falz ta' Ningbing, Pseudantechinus ningbing (Kitchener,1988)
- Anteċinu falz ta' Rory Cooper, Pseudantechinus roryi (Coopers & Aplin & Adams,2000)
- Anteċinu falz ta' Woolley, Pseudantechinus woolleyae (Kitchener & Caputi,1988)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.