Myoictis
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Myoictis huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament id-Dasjuri ta' teltt strixxi ta' Gwineja l-Ġdida, jew kif jissejħu ukoll il-Ġrieden marsupjali ta' teltt strixxi ta' Gwineja l-Ġdida tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Myoictis jiġbor fiħ 4 speċi estanti u kollha kemm huma jinsabu mifruxin fuq il-gżira ta' Gwineja l-Ġdida biss.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dasjuri ta' teltt strixxi ta' Gwineja l-Ġdida, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Myoictis
- Ġeneru Myoictis (Gray,1858)
- Myoictis leucura
- Myoictis melas (Müller,1840)
- Myoictis wallacii (Gray,1858)
- Myoictis wavicus
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.