Parantechinus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Parantechinus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament id-Dibbler (magħruf ħafn' ukoll bħala d-Dibbler tan-Nofs in-nhar), tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Parantechinus huwa monotipiku u jiġbor fiħ speċi waħda biss ħajja. Sa ftit snin ilu dan il-ġeneru, kien jinkludi fiħ id-Dibbler tat-Tramuntana Parantechinus bilarni ukoll, sakemm studji ġenetiċi urew li dan huwa relatat aktar fil-qrib ma' l-Anteċini l-foloz u b' hekk tmexxa fil-ġeneru Pseudantechinus u sar Pseudantechinus bilarni (għal din ir-raġuni l-llum il-ġurnata mmsejjaħ aktar bl-isem Anteċinu falz tat-Tramuntana). Minbarra hekk, l-unika speċi f' dan il-ġeneru Parantechinus apicalis, kienet meqjusa estinta għall- 80 sena sħah, sakemm reġat ġiet skoperta mill-ġdid fl-1967.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dibbler, Dibbler tan-Nofs in-nhar, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Parantechinus
- Ġeneru Parantechinus (Tate,1947)
- Dibbler jew Dibbler tan-nofs in-nhar, Parantechinus apicalis (Gray,1842)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.