Liepru ta' Tolai
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Liepru ta' Tolai |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Liepru ta' Tolai Lepus tibetanus
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Lepus tolai (Pallas, 1778) |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Liepru ta' Tolai li hu magħruf xjentifikament bħala Lepus tolai huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u huwa speċi komuni nativ tal-kotinent ta' l-Asja u l-Lvant nofsani. Liepru ta' Tolai adult b' tul bejn 40 u 55 ċentimetru u b' piż ta' bejn 1.5 u 2.5 kilogrammi huwa speċi ta' liepru, ta' daqs ftit iżgħar minn dak tal-Liepru Ewropew Lepus europaeus.
Il-Liepru ta' Tolai huwa speċi komuni b' distribuzjoni vasta u jinsab mifrux ma' ħafna pajjiżi fl-Asja, mir-Russja fit-Tramuntana sa l-Indja fin-Nofs in-nhar għal fil-Lvant nofsani bi presenza fid-deżerti ta' l-Arabja u fil-Grigall ta' L-Afrika. Għalkemm dan il-liepru jinsab l-aktar f' abmjent bl-arbuxelli u ħaxix għoli dan adatta għal abitat ħarex bħad-deżerti u muntanji b' elevazjoni ta' aktar minn 3000 metru. Saħansitra anke n-nuqqas ta' ilma mhux problema, għax kapaċi jgħix għal żmien twil mingħajr jixrob.
[editja] Sinonimi
"Lepus capensis tolai" huwa sinonimu u b' hekk l-istess bħal u jirreferi għal Lepus tolai ta' Pallas, 1778.
[editja] Klassifikazjoni
Dan il-liepru wara ħafna riklassifikazjonijiet bħala sottospeċi gie klassifikat bħala 1 minn 8 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Proeulagus u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas fi 8 sottospeċi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Liepru ta' Tolai, Lepus tolai
- Sottospeċi
- Lepus tolai aurigineus (Hollister, 1912)
- Lepus tolai buchariensis (Ognev, 1922)
- Lepus tolai cheybani (Baloutch, 1978)
- Lepus tolai cinnamomeus (Shamel, 1940)
- Lepus tolai filchneri (Matschie, 1907)
- Lepus tolai lehmanni (Severtsov, 1873)
- Lepus tolai swinhoei (Thomas, 1894)
- Lepus tolai tolai (Pallas, 1778)
- Liepru ta' Tolai, Lepus tolai
- Sottoġeneru Proeulagus
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.