Ewro
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Euro huwa l-isem tal-Munita Ewropea.
L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' tlettax-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, ir-Repubblika Irlandiża, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja, li flimkien jissejħu l-Ewrożona. Pajjiżi oħra li jinsabu barra l-Ewrożona iżda jużaw l-Ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma: l-Andorra, Monako, San Marino, l-Vatikan,u l-Montenegro, flimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Rèunion, Saint-Pierre et Miquelon, il-Gwadalupe, Martinique, u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Waħdieni Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri ta' l-Ewrożona, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett ta' l-integrazzjoni politika Ewropea.
Werrej |
[editja] Il-Muniti Ewro tal-Pajjiżi fl-Ewrożona
[editja] =Il-Muniti Ewro ta' l-Awstrija
- 1ċ : turi l-'gentian', fjura ta' l-Alpi Awstrijaċċi
- 2ċ : turi l-'edelweiss', fjura ta' l-Alpi Awstrijaċċi
- 5ċ :
- 10ċ : turi l-Kattidrall ta' San Stiefnu, Arkitetura Gotika ta' Vjenna
- 20ċ : turi l-Palazz Belvedere, eżempju ta' stil Barokk
- 50ċ :
- 1Ewro: turi lil Wolfgang Amadeus Mozart, kompożitur Awstrijakk famuż
- 2 Ewro : turi lil Bertha von Suttner, paċifist radikali u rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi
===Il-Muniti Ewro tal-Belġju:
- Il-muniti Ewro kollha, jiġiefri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 Ewro u 2 Ewro, juru xbieha u monogramma tar-Re Albertu t-Tieni tal-Belġu.
[editja] Il-Muniti Ewro tal-Finlandja
- Il-muniti Ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, u 50ċ juru l-Iljun Ħabbar tal-Finlandja, li jinsab fuq l-Arma Finlandiża.
- 1 Ewro : turi ċ-ċinji ttiru fuq pajsaġġ Finlandiż. Iċ-ċinju hu l-għasfur nazzjonali tal-Finlandja.
- 2 Ewro: turi l-frotta u l-werqa ta' pjanta li ġeja mill-familja ta' tuta.
[editja] Il-Muniti Ewro ta' Franza
- 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru l-Pitura ta' Marianne, is-simbolu tar-Repubbika Franċiża
- 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru ż-żarrgħaja, tema meħuda mill-munita Franċiża ta' qabel.
- 1 Ewro, 2 Ewro: juru siġra b'stil mgħamula f'eksagonu bil-kliem 'Libertè Egalitè Fraternitè'
[editja] Il-Muniti Ewro tal-Ġermanja
- 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru fergħa mis-siġra tal-Balluta Ġermaniża, li kienet tidher ukoll fuq il-munita Ġermaniża.
- 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-Bieb Brandenburg, li hu simbolu ta' diviżjoni u unità.
- 1 Ewro, 2 Ewro: juru l-Ajkla Ġermaniża, li hi simbolu tas-sovranità tal-Ġermanja
[editja] Il-Muniti Ewro tal-Greċja
- 1ċ: turi xini Atenjan tas-seklu 5 Q.K.
- 2ċ: turi xini tal-bidu tas-seklu 19
- 5ċ:
- 10ċ: turi lil Rigas Velestinlis-Fereos (1757 - 1798), poeta Grieg
- 20ċ: turi lil Ioannis Kapodistrias (1776 - 1831), statista Grieg
- 50ċ: turi lil Eleftherios Venizelos (1864 - 1936), politiku Grieg
- 1 Ewro: Dehra tas-seklu 5 Q.K., il-munita ta' l-4 drakmi t' Ateni (munita f'munita)
- 2 Ewro: turi l-ħtief t' Ewropa minn Żeus f'forma ta' barri
[editja] Il-Muniti Ewro ta' l-Irlanda
- Il-muniti Ewro kollha, jiġiefri l-muniti Ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 Ewro u 2 Ewro, juru l-arpa tradizzjonali ta' l-Irlanda.
[editja] Il-Muniti Ewro ta' l-Italja
- 1ċ: turi l-Kastell del Monte, kastell tas-seklu 13 li jinsab f'Apulia
- 2ċ: turi t-Torri Mole Antonelliana, torri li jissimbolizza l-belt ta' Turin
- 5ċ: turi l-Kolossew ta' Ruma, amfiteatru Ruman famuż
- 10ċ: turi t-twelied ta' Venere, pittura ta' Sandro Botticelli
- 20ċ: turi l-iskultura 'Forom Uniċi tal-Kontinwità fl-Ispazju' ta' Umberto Boccioni
- 50ċ: turi l-istatwa ekwestra ta' Marcus Aurelius
- 1 Ewro: turi r-Raġel Vetruvjan, tpenġija ta' Leonardo da Vinci
- 2 Ewro: turi xbieha ta' Dante Allighieri, pittura ta' Raphael
[editja] Il-Muniti Ewro tal-Lussemburgu
- Il-muniti Ewro kollha, jiġiefri ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 Ewro u 2 Ewro, juru xbieha tal-Gran Duka Enriku tal-Lussemburgu