Web Analytics

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Unjoni Ewropea - Wikipedija

Unjoni Ewropea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Unjoni Ewropea
Motto: In varietate concordia
(Latin: Unità fid-Diversità)
(Malti: Maqgħudin fid-Diversità)
Innu: Ode to Joy (orkestrali)
Lingwi Uffiċjali Ara Lingwi ta' l-Unjoni Ewropea2
President tal-Kunsill Jean-Claude Juncker (Lussemburgu3)
President tal-Kummisjoni José Manuel Durão Barroso
President tal-Parlament Josep Borrell
Area
 - Total
is-7 post4
3,976,372 km²
Popolazzjoni
 - Total (2004)
 - Densità
it-3 post4
454,900,000 (EU-25)
116.4 persuna/km²
PGD (PPS) (2004)
 - Total [1]
 - Per capita [2]
l-1 post4
€10,202,336,800,000
€22,300
Furmat
Bħala EEC
 - Iffirmat
 - Rinforzat

Bħala UE
 - Iffirmat
 - Rinforzat


Trattat ta' Ruma
 - 25 ta' Marzu, 1957
 - 1 ta' Jannar, 1958

Trattat ta' Maastricht
 - 7 ta' Frar, 1992
 - 1 ta' Novembru, 1993

Munita L-Ewro (EUR or €)5
Żona Temporali UTC 0 sa +26
Internet TLD .eu (effettiv minn 2005); second level .eu.int użat
Kodiċi Telefoniku +37 (propost)
Note 1: Ara ismijiet uffiċjali oħra
Note 2: Pajjiżi membri jista' jkollhom lingwi uffiċjali oħra
Note 3: Sa l-1 ta' Lulju 2005
Note 4: jekk mgħadd bħala unità waħda
Note 5: Użat minn membri ta' l-Eurozone u ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE
Note 6: +1 sa +3 f' DST; French overseas départements, UTC -4 to +4
Note 7: Kull stat membru għandu l-kodiċi telefoniku tiegħu, f'żoni 3 u 4
immodifika

L-Unjoni Ewropea jew UE hija organizzazzjoni ta’ pajjiżi Ewropej, li fil-preżent tikkonsisti f’27 stat membru. L-Unjoni ġiet stabbilita taħt dan l-isem skond it-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea (jew kif inhu aħjar magħruf, it-Trattat ta’ Maastricht fl-1992. Iżda ħafna aspetti ta’ l-UE kienu jeżistu qabel din id-data grazzi għal serje ta’ organizzazzjonijiet predeċessuri li jmorru lura sa l-1950.

L-attivitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea jkopru ħafna aspetti, minn saħħa u ekonomija sa affarijiet barranin u difiża. Skond il-poteri trasferiti lilha mill-pajjiżi membri, l-UE tista' titqies bħala federazzjoni (eż. politika dwar l-agrikoltura, kummerċ u ambjent), konfederazzjoni (eż. politika soċjali u ekonomika, protezzjoni tal-konsumatur, affarijiet interni) jew inkella organizzazzjoni internazzjonali (eż. affarijiet barranin). Attività primarja ta’ l-UE hija li twaqqaf u tamministra suq komuni, jikkonsisti minn customs union, munita waħdanija (imħaddna minn 13 mis-27 pajjiż membru), Politika Komuni dwar l-Agrikoltura u Politika Komuni dwar is-Sajd.

Fid-29 ta’ Ottubru 2004, il-kapijiet ta’ l-istati Ewropej iffirmaw Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea, li bħalissa qiegħda tistenna ratifika mill-istati membri individwali.

Werrej

[editja] Status

Fil-preżent, l-Unjoni Ewropea hija l-aktar organizzazzjoni reġjonali potenti. F’ċerti postijiet fejn l-istati membri ttrasferew ammont ta’ sovranità lill-Unjoni, l-UE tidher tixbah iktar lil xi federazzjoni jew kofederazzjoni. Iżda l-istati membri jibqgħu jikkontrollaw it-trattati, jiġifieri l-Unjoni m’għandhiex is-setgħa li tieħu l-poter minn fuq il-pajjiżi mingħajr il-kunsens tagħhom. Dan apparti l-fatt li l-pajjiżi membri jibqgħu jħaddnu l-politika tagħhom f’dawk l-oqsma ta’ importanza nazzjonali, bħal relazzjonijiet barranin u d-difiża.

Din l-istruttura unika, probabbilment iġġiegħlek tħares lejn l-Unjoni Ewropea iktar bħala entità sui generis.

L-istatus kurrenti u futur ta’ l-UE huwa s-suġġett ta’ ħafna battibekki politiċi fost il-pajjiżi membri.

[editja] Bażi Legali

Il-bażi legali ta’ l-Unjoni Ewropea hija sekwenza ta’ trattati bejn il-pajjiżi membri. Dawn ġew emendati ħafna drabi tul is-snin, b’kull trattat ġdid jemenda u jissupplimenta dak ta’ qablu. L-ewwel trattat li seħħ kien it-Trattat ta’ Pariġi tal-1951 li stabbilixxa l-Komunità Ewropea għall-Faħam u l-Azzar (European Coal and Steel Community; ECSC) bejn grupp oriġinali ta’ sitt pajjiżi Ewropej li kienu jinkludu lil Franza, il-Belġju, l-Olanda, il-Lussemburgu¸ l-Italja, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Minn dak iż-żmien ’l hawn, dan it-trattat skada u l-funzjonijiet tiegħu ġew meħuda minn trattati oħra li ġew warajh. Minn naħa l-oħra, it-Trattat ta’ Ruma ta’ l-1957 għadu jgħodd sal-lum, avolja ġie emendat, partikolarment bit-Trattat ta’ Maastricht ta’ l-1992, li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea taħt dan l-isem. It-Trattat ta' Ruma kien essenzjali biex tiġi stabbilita l-Komunità Ekonomika Ewropea (European Economic Community; EEC) kif ukoll l-Komunità ta’ l-Enerġija Atomika Ewropea (European Atomic Energy Community; EAEC jew Euratom). Il-ħolqien ta’ suq komuni kellu jkun wieħed mill-għanijiet ewlenija ta’ l-unifikazzjoni tal-Ewropa għal ħafna żmien. L-aħħar modifikazzjonijiet li saru fuq it-Trattat ta’ Ruma ġew miftiehma bħala parti mit-Trattat ta' Sħubija ta’ 10 stati membri ġodda, li ġie implimentat fl-1 ta’ Mejju, 2004.

Riċentement, l-istati membri ta’ l-UE qablu mal-kontenut ta’ trattat kostituzzjonali li, jekk jiġi ratifikat mill-pajjiżi membri, għandu jkun l-ewwel kostituzzjoni uffiċjali ta’ l-UE, li tirrimpjazza t-trattati kollha preċedenti b’dokument wieħed.

F’każ li t-trattat tal-kostituzzjoni ma jiġix ratifikat mill-membri kollha ta’ l-UE, ikun hemm bżonn li jerġgħu jinfetħu n-negozjati fuqu. Ħafna politiċi u uffiċjali jaqblu li l-istrutturi pre-kostituzzjonali huma inefiċċjenti għall-unjoni ta’ 25 stat membru li qiegħda dejjem tikber maż-żmien. Politiċi f’ċerti pajjiżi membri (partikolarment fi Franza), issuġġerew li jekk ikun hemm biss ftit pajjiżi li ma jirratifikawx it-trattat, il-bqija ta’ l-Unjoni għandha tinjorahom u timxi mingħajrhom. Dan l-aġir pjuttost kontroversjali jista' possibilment joħloq unjoni oħra iktar Avant Garde ta’ pajjiżi li kkommettew ruħhom għal dan it-trattat, ġewwa l-unjoni preżenti.

Ara ukoll:

  • Trattati ta’ l-UE
  • Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea

[editja] Istituzzjonijiet ta’ l-UE

L-UE m’għanda l-ebda kapitali uffiċjali u l-istituzzjonijiet tagħha huma mifruxa f’ħafna bliet:

  • Brussell hija s-sede tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Ministri, fejn isiru wkoll il-laqgħat tal-kumitat u xi sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew. Sa minn l-aħħar tkabbir ta’ l-UE, fi Brussell qed jinżammu ukoll is-summits (il-qċaċet/il-laqgħat-quċċata) kollha tal-Kunsill Ewropew. Għal dawn ir-raġunijiet, Brussell tista' tiġi kkunsidrata de facto, il-kapitali ta’ l-UE.
  • Strasbourg hija s-sede tal-Parlament Ewropew kif ukoll il-post fejn isiru ħafna mis-sessjonijiet plenarji. Hija wkoll il-benniena ta’ l-istituzzjonijiet storiċi ta’ "Ewropa ikbar" (Kunsill ta’ l-Ewropa, Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem), li jikkooperaw ma’ l-UE.
  • Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u s-segretarjat tal-Parlament Ewropew jinsabu l-Lussemburgu.
  • Il-Bank Ċentrali Ewropew jinsab Frankfurt.

[editja] Kwistjonijiet Kurrenti

Bħalissa, l-kwistjonijiet prinċipali li qed tiffaċċja l-UE jinkludu tkabbir lejn in-nofsinhar u l-lvant tal-kontinent, (ara isfel), ir-relazzjonijiet ma’ l-Istati Uniti, ir-reviżjoni tar-regoli tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, u r-ratifikazzjoni tal-Kostituzzjoni Ewropea mill-pajjiżi membri.

[editja] Stati Membri u Tkabbir Suċċessiv

'Artikli prinċipali: Pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, Tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, Pajjiżi ġirien li jdawru l-Unjoni Ewropea, Il-kriterji ta' l-isħubija.

Sa mill-1 ta' Mejju, 2004, l-Unjoni Ewropea tikkonsisti f'25 pajjiż membru. L-erja totali ta' dawn il-25 pajjiż (2004) hija 3,892,685 km². Kieku kienet pajjiż, l-UE kienet tkun is-seba' l-akbar pajjiż fid-dinja mid-daqs. In-numru ta' ċittadini ta' l-UE (kull ċittadin ta' pajjiż membru ta' l-UE, skond it-termini stipulati fit-Trattat ta' Maastricht) fil-25 stat, jammonta, bejn wieħed u ieħor, 453 million (Marzu 2004). Din il-figura hija it-tielet l-akbar fid-dinja wara ċ-Ċina u l-Indja.

Mappa tal-25 pajjiż membru ta' l-UE, ammissjonijiet ta' l-2007 u pajjiżi kandidati
Mappa tal-25 pajjiż membru ta' l-UE, ammissjonijiet ta' l-2007 u pajjiżi kandidati

Fl-1952/1958 is-sitt pajjiżi fundaturi ta' l-UE kienu: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja tal-Punent, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Olanda. Minn dakinhar, 19-il pajjiż ieħor ingħaqdu ma' l-UE fi tkabbir sussegwenti:

Sena Pajjiżi
1973 Danimarka, Irlanda, u r-Renju Unit
1981 Greċja
1986 Portugall u Spanja
1995 Awstrija, Finlandja, u Svezja
2004 Ċipru, Repubblika Ċeka, Estonja, Ungerija, Latvja, Litwanja, Malta, Polonja, Slovakkja u Slovenja
2007 Bulgarija u Rumanija

Noti:

  • Greenland, li ġiet mogħtija home rule mid-Danimarka fl-1979, telqet mill-Komunitajiet Ewropej fl-1985, wara referendum.
  • fl-1990: it-territorju u l-popolazzjoni tal-Komunità Ewropea żdiedu meta l-Ġermanja ta’ Lvant ingħaqdet mal-Ġermanja tal-Punent.

[editja] Membri Futuri ta' l-UE

It-tkabbir li jmiss ta' l-UE, huwa mistenni li jseħħ fl-2007, biż-żieda tal-Bulgarija u r-Rumanija. Il-Kroazja hija wkoll kandidat uffiċjali, iżda fil-preżent in-negozjati ġew posposti.

Attwalment, it-Turkija hija l-aħħar kandidat uffiċjali, għalkemm għadha ma ġietx definita data meta din ser tingħaqad ma’ l-Unjoni. Iktar informazzjoni fuq tkabbir futur jista' jinsab fl-artiklu Tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ħafna pajjiżi bħan-Norveġja u l-Isvizzera li fil-preżent m’humiex membri ta’ l-UE, xorta għandhom ftehim speċjali ma’ l-unjoni. (Ara l-artiklu dwar relazzjonijiet ta' terzi pajjiżi ma l-UE). Ħafna mill-membri ta' l-EFTA (European Free Trade Association) huma sħab mat-Trattat ta' l-EEA (European Economic Area), li jfisser li dawn il-pajjiżi jistgħu jipparteċipaw ukoll fis-suq komuni.

[editja] Status ta’ Territorji overseas

Ċerti postijiet għandhom konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet ma’ l-istati membri ta' l-UE minħabba l-passat kolonjali tagħhom, rabtiet kulturali jew ġeografiċi. Għar-relazzjoni ta’ l-UE ma' Greenland, l-Isle of Man, l-Azores u Madeira, fost oħrajn, ara l-artiklu dwar Territorji ta’ stati membri speċjali u r-relazzjoni tagħhom ma’ l-UE.

[editja] Struttura

Il-liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea jinkludu numbru kbir ta' strutturi legali u istituzzjonali li huma sovvrapposti fuq xulxin. Dan huwa r-riżultat tal-ħafna trattati internazzjonali suċċessivi li seħħew maż-żmien. Fi żminijiet riċenti, saru ħafna sforzi konsiderevoli biex jiġu konsolidati u simplifikati dawn it-trattati, li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għall-abbozz tat-Trattat li jistabilixxi Kostituzzjoni Ewropea. Jekk dan it-trattat propost jiġi adottat, dan jispiċċa biex jieħu post it-trattati l-oħra li attwalment jiffurmaw il-kostituzzjoni ta’ l-UE.

Commons
Fil-Wikimedia Commons hemm iktar files multimedjali relatati ma':



 
Unjoni Ewropea (UE)
Flag of the European Union

Awstrija | Belġju | Ċipru | Repubblika Ċeka | Danimarka | Estonja | Finlandja | Franza | Ġermanja | Greċja | Ungerija | Irlanda | Italja | Latvja | Litwanja | Lussemburgu | Malta | Olanda | Polonja | Portugall | Slovakkja | Slovenja | Spanja | Svezja | Renju Unit

[editja] Fatti dwar il-Pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea

[editja] Awstrija

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
  • Popolazzjoni: 8.2 miljuni
  • Belt Kapitali: Vjenna
  • Area: 83,871 km kwadru
  • Lingwa uffiċjali: il-Ġermaniż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Magni, metall, karti, tessuti, u ikel
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 76 sena, u n-nisa 82 sena

[editja] Belġju

  • Isem uffiċjali: Ir-Renju tal-Belġju
  • Popolazzjoni: 10.4 miljuni
  • Belt Kapitali: Brussel
  • Area: 30,528 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: l-Olandiż, il-Franċiż, u l-Ġermaniż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Oġetti elettroniċi u magni, kimika, vetturi, metall, u djamanti
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 76 sena, u n-nisa 82 sena

[editja] Bulgarija

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika tal-Bulgarija
  • Popolazzjoni: 7.8 miljuni
  • Belt Kapitali: Sofja
  • Area: 110,994 km kwadru
  • Lingwa uffiċjali: il-Bulgaru
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 lev = 100 stotinki
  • Affarijiet li jesportaw: Plastik u kimika, ikiel u xorb, tabakk, u oġett biex jibnu l-magni
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 69 sena, u n-nisa 76 sena

[editja] Ċipru

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika ta' Ċipru
  • Popolazzjoni: 807,000 ruħ
  • Belt Kapitali: Nikosija
  • Area: 9,251 km kwadri
  • Lingwi uffiċjali: il-Grieg u t-Tork
  • Reliġjonijiet prinċipali: Kristjana, u Islam
  • Flus: lira Ċiprijotta = 100 ċenteżmu, u lira Torka
  • Affarijiet li jesportaw: Ħwejjeġ, pattata, sigaretti, u farmaċewtika
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 76 sena, u n-nisa 81 sena

[editja] Danimarka

  • Isem uffiċjali: Ir-Renju tad-Danimarka
  • Popolazzjoni: 5.4 miljuni
  • Belt Kapitali: Kopenħagen
  • Area: 43,098 km kwadru
  • Lingwa uffiċjali: id-Daniż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 krone = 100 ore
  • Affarijiet li jesportaw: Oġetti tal-magni, magni, ikel u kimika
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 75 sena, u n-nisa 79 sena

[editja] Estonja

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika ta' l-Estonja
  • Popolazzjoni: 1.3 miljuni
  • Belt Kapitali: Tallinn
  • Area: 45,227 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: l-Estonjan, u r-Russu
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 kroon = 100 sents
  • Affarijiet li jesportaw: Magni, tessuti, u prodotti ta' l-injam
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 65 sena, u n-nisa 77 sena

[editja] Finlandja

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika tal-Finlandja
  • Popolazzjoni: 5.2 miljuni
  • Belt Kapitali: Ħelsinki
  • Area: 338,145 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: il-Finlandiż, u l-Isvediż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Affarijiet elettroniċi u magni, karti u prodotti tal-karti, u kimika
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 75 sena, u n-nisa 82 sena

[editja] Franza

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika Franċiża
  • Popolazzjoni: 60.7 miljuni
  • Belt Kapitali: Pariġi
  • Area: 543,965 km kwadru
  • Lingwa uffiċjali: il-Franċiż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Oġetti ta' magni u trasport, prodotti agrikoli, li jikludu l-inbid
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 76 sena, u n-nisa 83 sena

[editja] Ġermanja

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
  • Popolazzjoni: 82.5 miljuni
  • Belt Kapitali: Berlin
  • Area: 357,027 km kwadru
  • Lingwa uffiċjali: il-Ġermaniż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus = 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Vetturi, magni elettroniċi, u metall
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 76 sena, u n-nisa 81 sena

[editja] Greċja

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika Ellenika
  • Popolazzjoni: 11-il miljun
  • Belt Kapitali: Ateni
  • Area: 131,957 km kwadri
  • Lingwa uffiċjali: il-Grieg
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Tessuti u ħwejjeġ, ikel, u prodotti taż-żjut
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 76 sena, u n-nisa 81 sena

[editja] Irlanda

  • Isem uffiċjali: Irlanda (bl-Irlandiż: Èire)
  • Popolazzjoni: 4 miljuni
  • Belt Kapitali: Dublin
  • Area: 70,182 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: l-Ingliż, u l-Irlandiż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Magni, kimika, u ikel
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 75 sena, u n-nisa 80 sena

[editja] Italja

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika Taljana
  • Popolazzjoni: 57.2 miljuni
  • Belt Kapitali: Ruma
  • Area: 301,338 km kwadru
  • Lingwa uffiċjali: it-Taljan
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Oġetti ta' magni u trasport, kimika, ħwejjeġ u inbid
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 77 sena, u n-nisa 83 sena

[editja] Latvja

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika tal-Latvja
  • Popolazzjoni: 2.3 miljuni
  • Belt Kapitali: Riga
  • Area: 64,589 km kwadri
  • Lingwi uffiċjali: il-Latvjan, u r-Russu
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 lats = 100 santins
  • Affarijiet li jesportaw: Prodotti ta' l-injam, injam lest, ħut, u prodotti mill-ħut
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 66 sena, u n-nisa 77 sena

[editja] Litwanja

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika tal-Litwanja
  • Popolazzjoni: 3.4 miljuni
  • Belt Kapitali: Vilnjus
  • Area: 65,300 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: il-Litwan, u r-Russu
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 litas Litwan = 100 centas
  • Affarijiet li jesportaw: Tessuti, ħwejjeġ, fertiliżazzjoniet, u magni industrijali
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 66 sena, u n-nisa 78 sena

[editja] Lussemburgu

  • Isem uffiċjali: Il-Gran Duka tal-Lussemburgu
  • Popolazzjoni: 465,000 ruħ
  • Belt Kapitali: Lussemburgu
  • Area: 2,588 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: il-Franċiż, il-Ġermaniż, u l-Lussemburgiż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Ewro = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Prodotti ta' l-azzar, kimika, u prodotti tal-gomma
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 75 sena, u n-nisa 81 sena

[editja] Malta

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika ta' Malta
  • Popolazzjoni: 402,000 ruħ
  • Belt Kapitali: il-Belt Valletta
  • Area: 316 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: il-Malti, u l-Ingliż
  • Reliġjon prinċipali: Kristjana
  • Flus: 1 Lira Maltija = 100 ċenteżmu
  • Affarijiet li jesportaw: Oġetti ta' magni u trasport
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 76 sena, u n-nisa 81 sena

[editja] Olanda

[editja] Polonja

[editja] Portugall

[editja] Renju Unit

[editja] Repubblika Ċeka

[editja] Rumanija

[editja] Slovakkja

[editja] Slovenja

[editja] Spanja

[editja] Svezja

[editja] Ungerija

[editja] Fatti dwar il-Pajjiżi li mhux fl-Unjoni Ewropea, iżda jużaw l-Ewro

[editja] Andorra

  • Isem uffiċjali: Il-Prinċepalità ta' Andorra
  • Popolazzjoni: 64,000 ruħ
  • Belt Kapitali: Andorra la Vella
  • Area:
  • Lingwi uffiċjali: il-Katalan, l-Ispanjol, u l-Franċiż
  • Reliġjon: Kristjana
  • Flus: Ewro
  • Jesportaw: Affarijiet tal-ġilda
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 81 sena, u n-nisa 87 sena

[editja] Monako

  • Isem uffiċjali: Il-Prinċepalità ta' Monako
  • Popolazzjoni: 32,000 ruħ
  • Belt Kapitali: Monako
  • Area: 1.95 km kwadri
  • Lingwa uffiċjali: Franċiż
  • Reliġjon: Kristjana
  • Flus: Ewro
  • Jesportaw: farmaċewtika, fwieħa, u ħwejjeġ
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 75 sena, u n-nisa 83 sena

[editja] Montenegro

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika ta' Montenegro
  • Popolazzjoni: 620,000 ruħ
  • Belt Kapitali: Podgorika
  • Area: 13,812 km kwadru
  • Lingwi uffiċjali: is-Serb, u l-Albaniż
  • Reliġjonijiet: Kristjana, u Islam
  • Flus: Ewro
  • Jesportaw: Aluminjum
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 71 sena, u n-nisa 76 sena

[editja] San Marino

  • Isem uffiċjali: Ir-Repubblika ta' San Marino
  • Popolazzjoni: 27,000 ruħ
  • Belt Kapitali: San Marino
  • Area: 61.2 km kwadri
  • Lingwa uffiċjali: it-Taljan
  • Reliġjon: Kristjana
  • Flus: Ewro
  • Jesportaw: Inbid, ċeramika, għamara, u xogħol t'artiġjanat
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 78 sena, u n-nisa 85 sena

[editja] Vatikan

  • Isem uffiċjali: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
  • Popolazzjoni: 900 ruħ
  • Belt Kapitali: il-Belt tal-Vatikan
  • Area: 0.44 km kwadri
  • Lingwi uffiċjali: il-Latin, u t-Taljan
  • Reliġjon: Kristjana
  • Flus: Ewro, u Lira tal-Vatikan
  • Jesportaw: Bollol, publikazzjoniet, u souveneries tat-turisti
  • Tul tal-ħajja: l-irġiel 74 sena, u n-nisa 81 sena

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu